Skip to main content

Missjoni u valuri

Missjoni

Is-sikurezza fil-katina alimentari mill-għalqa sal-platt tinsab fil-qalba tal-EFSA. Aħna nikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, filwaqt li nqisu s-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent.

Nagħtu pariri xjentifiċi indipendenti u trasparenti lil dawk li jfasslu l-politika, permezz tal-kooperazzjoni mas-sħab tagħna, u fi djalogu miftuħ mas-soċjetà.

Valuri

Hemm sett ta’ valuri ewlenin li jiggwida l-attivitajiet kollha tal-EFSA. Aħna impenjati li nirrispettawhom fl-oqsma kollha tal-ħidma tagħna.

Eċċellenza

Aħna nwettqu valutazzjonijiet tar-riskju rigorużi u affidabbli, li jibnu fuq l-avvanzi xjentifiċi l-aktar riċenti. Aħna nikkomunikaw biex nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-udjenzi differenti tagħna.

Indipendenza

Aħna niżguraw l-imparzjalità tal-outputs xjentifiċi tagħna. Il-persunal u l-esperti, ħielsa mill-kunflitti ta’ interess, janalizzaw id-data u japplikaw il-metodi b’mod oġġettiv. It-teħid tad-deċiżjonijiet fi grupp jippermetti d-diversità u r-rieżami fost il-pari.

Ftuħ

Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-komunikazzjonijiet tagħna huma aċċessibbli u jinftiehmu. Dawn jiġu prodotti permezz ta’ proċessi trasparenti, imsaħħa permezz ta’ djalogu miftuħ mal-partijiet interessati kollha.

Obbligu ta’ rendikont

Aħna nservu l-interess pubbliku, u naħdmu biex niksbu titjib fis-sikurezza alimentari mill-għalqa sal-platt. Aħna nużaw ir-riżorsi b’mod effettiv, responsabbli u sostenibbli.

Kooperazzjoni

Aħna naraw il-kollaborazzjoni bħala l-uniku mod biex tinkiseb ħakma tal-kumplessitajiet tal-futur. Aħna ninvestu fil-bini ta’ sħubiji fit-tul għall-benefiċċju reċiproku.