L-għarfien, l-esperjenza u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-esperti xjentifiċi esterni tal-EFSA jinsabu fil-qalba tal-ħidma tagħna. Il-bordijiet xjentifiċi tal-EFSA huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-valutazzjonijiet tal-Awtorità. Kull wieħed mill-10 bordijiet huwa ddedikat għal qasam differenti tal-katina alimentari u tal-għalf.
Il-Kumitat Xjentifiku għandu l-kompitu li jappoġġa l-ħidma tal-bordijiet dwar kwistjonijiet xjentifiċi trażversali. Huwa jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ metodoloġiji armonizzati ta’ valutazzjoni tar-riskju f’oqsma fejn l-approċċi madwar l-UE għadhom mhumiex definiti.
Is-Sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u l-10 bordijiet tiġi mġedda kull ħames snin, wara proċedura ta’ għażla metikoluża u trasparenti.