Skip to main content

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

L-involviment mal-partijiet ikkonċernati huwa kruċjali għax-xogħol tal-EFSA u jirrifletti l-impenn tagħha favur il-ftuħ, it-trasparenza u d-djalogu.

Min huma l-“partijiet ikkonċernati” tal-EFSA?

Il-partijiet ikkonċernati tal-EFSA huma organizzazzjonijiet rappreżentattivi li għandhom interess fix-xogħol tal-Awtorità jew fis-settur usa’ tal-ikel u tal-għalf. L-EFSA taqsam il-partijiet ikkonċernati f’seba’ gruppi ewlenin:

L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

Il-konsumaturiOrganizzazzjonijiet li l-għanijiet primarji tagħhom huma li jiddefendu u jippromwovu l-interessi tal-konsumaturi.

L-NGOs u l-gruppi ta’ promozzjoni

environmental_1.pngGruppi mhux governattivi li huma indipendenti mill-industrija, mill-kummerċ u min-negozju u li għandhom bħala l-objettivi u l-attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent jew is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Il-gruppi ta’ promozzjoni jistgħu jkunu kkonċernati bi kwistjonijiet usa’ u orizzontali mhux relatati direttament mas-sigurtà tal-ikel bħall-post tax-xjenza fit-tfassil tal-politika jew it-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika.

In-negozju u l-industrija tal-ikel

In-negozju u l-industrija tal-ikelAssoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-kumpaniji li joperaw fi kwalunkwe settur tal-industrija rilevanti għax-xogħol tal-EFSA.

Id-distributuri u l-HORECA

Id-distributuri u l-HORECA (l-industrija tas-servizzi tal-ikel li tħejji u sservi ikel u xorb)Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-partijiet ikkonċernati involuti fil-preparazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-ikel, bħal bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut, lukandi, ristoranti u fornituri tal-ikel (HORECA).

L-assoċjazzjonijiet tal-prattikanti

L-assoċjazzjonijiet tal-prattikantiOrganizzazzjonijiet li jirrappreżentaw professjonisti li jaħdmu f’oqsma rilevanti għas-sigurtà tal-ikel u l-mandat tas-saħħa pubblika tal-EFSA, bħal tobba mediċi, esperti tad-dieta, infermiera, spiżjara u veterinarji.

L-akkademja

L-akkademjaGruppi li jirrappreżentaw komunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi soċjetajiet xjentifiċi, universitajiet, istituti ta’ riċerka jew gruppi oħra ta’ akkademiċi.

Il-bdiewa u l-produtturi primarji

Il-bdiewa u l-produtturi primarjiOrganizzazzjonijiet li jirrappreżentaw dawk fil-bidu tal-katina alimentari. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, sajjieda, forestiera, nissiela, dawk li jrabbu n-naħal u ortikulturisti.